Is-serje televiżiv ‘Suits’ għamel suċċess kbir fl-Amerika u pajjiżi oħra, b’9 staġuni mill-2011 sal-2019 fuq USA Network, li mbagħad beda jixxandar fuq Netflix u reġa’ sar popolari. Ilbieraħ ġie kkonfermat li serje ieħor imnebbaħ minn suits, bl-isem ta’ ‘Suits: LA’, se jibda’ jinħadem. Gabriel Macht, Patrick J. Adams, Rick Hoffman, Meghan Markle, Gina Torres u Sarah Rafferty, fost oħrajn, għadhom ma qalu xejn jekk hux se jkunu f’dan is-serje l-ġdid. Madanakollu, Aaron Korsh, il-kittieb u l-moħħ wara s-serje oriġinali se jkun executive producer flimkien ma’ David Bartis, Dog Liman u Gene Klein