Mhix l-ewwel darba li smajna b’artisti ċelebri internazzjonali li libsu ħwejjeġ mid-ditta Maltija Charles & Ron. U din id-darba, kif żvela Charles fuq Facebook, id-ditta tagħhom kompliet tiġi rikonoxxuta!
Charles kiteb: “L-istilla u l-mudella ta’ Instagram b'aktar minn 18-il miljun segwaċi, Hannah Stocking, liebsa libsa mir-runway ta' Charles & Ron għal Bello Magazine.” Ir-ritratt ta’ Hannah jidher ukoll li ġie meħud quddiem Chateau Marmont, f’West Hollywood.
Għal darb’oħra ninsabu kburin bis-suċċess kontinwu ta’ Charles u Ron. Awguri!
Facebook/Charles van Maarschalkerweerd Borg