Illum ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja Leon Spinks fl-eta ta’ 67 sena. Dan il-boxer kien ħasad lid-dinja meta fl-1978 kien rebaħ lil boxer ta’ fama kbira, Muhammad Ali.
Sena u nofs qabel il-ġlieda, Spinks kien rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi. Hu ġie magħżul biex jiġġieled kontra Ali għax ħasbu li l-ġlieda kienet ser tkun waħda faċli għal Ali biex jerbaħ imma ġara kollox bil-kontra.

Id-dinja tal-boxing issellem il-memorja ta’ Leon Spinks.