“Li titlef ġenitur kienet iebsa biżżejjed, iżda li titlef lit-tnejn li huma f’temp ta’ ġimgħatejn huwa traġiku, ma titwemminx u insapportabbli.” Dan kien kliem Diane Stafrace, li tiġi oħt Moira Stafrace.
Hija stqarret kif lanqas il-mewt ma seta jissepara lil ommha u missierha, għax xorta waħda sabu mod ta’ kif jibqgħu flimkien. “Filwaqt li għadna mnikkta bit-telfa ta’ ommna, ninsabu ferm iddispjaċuti bl-aħbar ta’ qsim il-qalb tal-mewt ta’ missierna Maurice, li sfortunatament ħalliena wkoll ilbieraħ wara nofsinhar.”
Diane rringrazjat lil missierha ta’ dak kollu li għamel għalihom. Hija ddeskrivitu bħala s-sinsla tal-familja. Diane stqarret li qed timmisjhom wisq iżda qalet li taf fiċ-ċert li qed jistrieħu maġenb il-Mulej.
Kondoljanzi lil Diane u l-kumplament ta’ familtha mingħand it-tim ta’ Gwida.mt.
Facebook / Diane Stafrace