“Aġġornament Dwar Jan Pace” – Crisis Resolution Malta

Il-paġna Crisis Resolution Malta kitbet aġġornament dwar it-tfittxija ta’ Jan Pace.

Kitbu, “Aġġornament dwar Jan Pace: It-tfittxija għal dan il-ġuvni ta’ qalb tajba qed issir madwar Malta kollha. Il-Forza tal-Pulizija qed tagħmel xogħol brillanti, jaħdmu mingħajr waqfien, jużaw id-drones, il-klieb, u kull servizz tal-Pulizija possibbli taħt it-tmexxija tal-inspettur Elisia Scicluna.”

Żiedu jgħidu, “Bl-istess mod, armata ta’ familjari, ħbieb, u voluntiera tat-tim tal-kriżi qegħdin jiftehmu biex jikkoordinaw it-tfittxija. Nirringrazzjakom kollha. Intom kollha membri veri tat-tim tal-kriżi. Ibqgħu agħtu l-appoġġ lil xulxin. Xejn mhu fiċ-ċert bħalissa mela ejjew inkomplu nippersistu.”





Qalu wkoll, “Jekk jogħġobkom żommu lil Jan u l-familja fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom. Aħna mhux se naqtgħu qalbna. Jekk qegħdin fi kriżi, tkellmu magħna. Ċemplu jew ibgħatulna messaġġ 24/7 fuq 99339966 jew fuq il-paġna tagħna.”

Il-paġna uffiċjali tal-Pulizija ta’ Malta kompliet tagħti iżjed informazzjoni.

Kitbu, “Jan Pace huwa raġel ta’ 36 sena li ġie rrappurtat nieqes lill-pulizija. Huwa ta’ statura rqiqa u twil madwar 180cm. L-aħħar li deher kien liebes shorts u flokk taċ-ċingi skuri. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001/119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija”.



Facebook / The Malta Police Force u Crisis Resolution Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI