Il-Parroċċa ta' Santa Katarina fiż-Żejtun sellmet lill-Arċipriet tagħha, il-Kanonku Anton Galea-Scannura, fl-okkażjoni tat-28 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.
Permezz ta' messaġġ fuq il-midja soċjali, il-parroċċa awguratlu b'dawn il-kelmiet, "Ad Multos Annos Arċipriet! Illum nawguraw lil Kan. Anton Galea-Scannura f'għeluq it-28 sena anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali."
Fl-istess messaġġ, il-komunità parrokkjali appellat biex il-fidili jiftakru fit-talb tagħhom fl-Arċipriet, filwaqt li talbet ukoll għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali. "Nitolbu għalih u għal iktar vokazzjonijiet saċerdotali mill-Parroċċa tagħna," temmet tgħid il-Parroċċa Santa Katarina.
Minn hawn ningħaqdu wkoll fl-awguri lil Kan. Anton Galea-Scannura f'dan l-anniversarju importanti tas-servizz tiegħu lejn il-Knisja u l-komunità.
Facebook / Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun