“Inti Kaxxa Ġenn Bħal Nanntek” – Tezara Ssellem Il-Memorja Ta’ Nannitha Li Għaddiet Għall-Ħajja Ta’ Dejjem

Il-kantanta Maltija Tezara sellmet lin-nanna tagħha b’messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn fissret kemm kienet tfisser għaliha u qasmet għadd ta’ tifkiriet li se jibqgħu magħha għal dejjem.

Fil-bidu tal-messaġġ tagħha kitbet, "Inti kaxxa ġenn bħal Nanntek", Tezara tgħid li dan kien "probabbilment wieħed mill-isbaħ kumplimenti li qatt setgħu jagħtuni." Hija ddeskriviet lin-nanna tagħha bħala persuna mimlija ħajja, b’saħħitha, determinata, li qatt ma beżgħet tieħu riskji, kienet tgħid dejjem dak li taħseb u kienet tħobbhom b’qalbha kollha.



Tezara żiedet tgħid li d-dictations, il-bitter lemon u l-vetrini se jibqgħu jfakkruna fiha għal dejjem. "Grazzi talli dejjem kont preżenti tul ħajjitna kollha, iżda fuq kollox grazzi għas-sens ta’ umoriżmu tiegħek," kitbet. Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, il-kantanta sellmet lin-nanna tagħha b’kliem mimli mħabba u tama.

"Strieħ fis-sliem, Nanna. Nista’ nimmaġina li kull ras dar lejk meta dħalt il-Ġenna liebsa l-ogħla takkuna u l-aktar libsa eleganti… li probabbilment ħitt int stess fl-aħħar mument fi triqtek ’il fuq. Hemm par dirgħajn li b'għożża kienu ilhom jistennewk… sellimlu mingħandna. Fl-aħħar erġajtu ltqajtu."

Messaġġ li laqat il-qlub ta’ ħafna u li jixhed ir-rabta speċjali li Tezara kellha man-nanna tagħha, kif ukoll il-memorji sbieħ li se jibqgħu jgħixu magħha għal dejjem. F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja għażiża tagħha!

Ritratti:

Facebook / Tezara Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI