Adrian Delia Jagħlaq 50 sena

Illum jagħlaq sninu Adrian Delia, li għalkemm nafuh bħala l-kap tal-Partit Nazzjonalista u l-kap tal-Oppożizzjoni, Adrian huwa wkoll avukat.

F’ritratt li tella’ f’għeluq sninu, Delia qal:

Nitlob lil Alla sabiex jagħtini s-saħħa biex niġġieled l-aktar battalji diffiċli, biex nitla’ fl-għoli, biex nilħaq l-aktar għanijiet li jidhru ‘l bogħod, iżda fuq kollox biex nitgħallem mill-agħar mumenti, sabiex inkun nista’ nqum mill-akbar intoppi, u biex inħobb lil dawk li jweġġgħuna l-aktar.

Delia twieled bħal-llum 8 t’Awwissu ta’ 50 sena ilu, 1969, ġewwa Tas-Sliema, iżda trabba f’Birkirkara.

Delia kien ukoll involut fil-futbol bħala l-viċi president kif ukoll president tat-tim ta' Birkirkara F.C. qabel għamel bidla drastika fil-karriera tiegħu u daħal fix-xena tal-politika’.

Awguri lil Adrian Delia f’għeluq il-ħamsin sena tiegħu!

Facebook / @adriandeliapn

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI