Ħafna Jsellmu Lil Carol Minn Ħaż-Żabbar Li Għaddiet Għall-Ħajja Ta' Dejjem – Carol Kienet Waħda Mix-Xufiera Nisa Fuq Tal-Linja

Kienu bosta dawk li sellmu l-memorja ta’ Caroline, magħrufa minn ħafna bħala Carol. Carol kienet xufiera tal-linja li, sfortunatament, ħallietna din il-ġimgħa. Magħrufa għall-karattru vivaċi u ferrieħi tagħha, Carol kienet persuna li dejjem kienet tgħinek tbiddel il-burdata għal waħda pożittiva u dejjem kont issibha bit-tbissima fuq wiċċha.

Barra minn hekk, kienet ukoll ħaddiema dedikata li kellha passjoni għall-professjoni tagħha. Hija kienet tħobb xogħolha u kienet twettqu b’sodisfazzjon u impenn kbir. Il-memorja tagħha tibqa’ ħajja f’qalb dawk kollha li kellhom ix-xorti jkunu jafuha u jaqsmu mumenti magħha.

Oħtha fuq il-mezzi soċjali ħabbret, “Il-funeral tal-għażiża oħti Caroline (Carol) Carvic Cassar ser isir nhar is-Sibt, 2 ta’ Awwissu fid-10:00 a.m. fil-Knisja Arċipretali, Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Strieħ fis-sliem, oħt.”

Strieħ fis-sliem Carol. Kondoljanzi lil-familjari tagħha f’dan iż-żmien diffiċli!





Facebook / 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI