Jidher li ħafna qed jinsistu li waħda miż-żewġ bombshells li se jidħlu llum fil‑villa ta’ Love Island Malta hi Anthea Schembri. Skont diversi persuni fuq il‑mezzi soċjali għarfu it‑tpinġija li dehret li għandha l-bombshell. Kollox jidher li hi dieħla għall-AJ li bħalissa jinsab f’koppja ma’ Carmen.
Hekk kif fadal madwar ġimagħtejn fil-villa ta’ Love Island, mhux se tkun faċli biex xi ħadd mill-bombshells iħalli impatt iżda kif nafu fil-villa, is-sitwazzjonijiet jinbidlu mil-lum għal għada. Jekk il‑parteċipanti jafuha jew għandhom konnessjonijiet magħha, dan jista’ jagħmilha iktar intriganti.
View this post on Instagram
Jekk Anthea jirnexxielha tħalli l-impatt li tixtieq fuq AJ, għandha ċans tajjeb biex iżżomm postha fil-villa u forsi taqla’ lil Carmen. Il-fatt li AJ u Carmen kienu jaraw lil xulxin barra l-villa kollox hu possibbli.
Iżda hemm ġuvni dieħel ukoll. Dan kapaċi joħloq ukoll ftit paniku. Min jaf x’se jiġri llejla?
View this post on Instagram
Instagram / lifewithmy_2