Il-Membru Parlamentari Bernard Grech ilbieraħ iċċelebra anniversarju mill-isbaħ flimkien ma’ martu Anne Marie, hekk kif għaddew 29 sena minn meta l-koppja qalet “iva” lil xulxin. F’messaġġ mill-qalb li qasam f’din l-okkażjoni speċjali, Bernard tkellem dwar ir-realtà taż-żwieġ u dwar kif, għalih, l-imħabba mhijiex sempliċiment sentiment, iżda għażla li wieħed irid jibqa’ jagħmel jum wara l-ieħor.
“29 sena ilu għedna iva! … u minn dakinhar ’l hawn naħdmu biex ngħidu iva kuljum, anke meta xi drabi forsi nħossu mod ieħor,” kiteb Bernard. Huwa kompla b’riflessjoni sempliċi iżda b’saħħitha dwar dak li jfisser li tibni ħajja ma’ persuna oħra tul is-snin. “L-imħabba hija għażla li nagħmlu kuljum, mhux sentiment,” sostna.
Bernard temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil Anne Marie għall-imħabba tagħha u għall-irwol li kellha f’ħajtu matul dawn id-29 sena, “Grazzi Anne Marie tal-imħabba tiegħek u talli tagħmilni persuna aħjar.” Messaġġ li jfakkar li wara kważi tliet deċennji flimkien, l-imħabba ma tikkonsistix biss fil-mumenti sbieħ, iżda wkoll fl-għażla li tibqa’ tagħżel lil xulxin kuljum.
Minn Gwida.mt, nawguraw anniversarju mill-isbaħ lil Bernard u Anne Marie u aktar snin sbieħ flimkien.
Facebook / Bernard Grech