Aktar Minn 16,000 Fil-Kju Għall-Biljetti Ta’ Pitbull Qabel Ma Nfetaħ Il-Bejgħ

Aktar minn 16,000-il persuna nġabru fil-kju virtwali biex jakkwistaw il-biljetti għall-kunċert ta’ Pitbull ftit minuti biss qabel ma nfetaħ uffiċjalment il-bejgħ – numru li bla dubju juri kemm hemm stennija kbira għall-wirja tiegħu.



Skont informazzjoni li ħarġet online, il-kju beda jimtela b’ritmu mgħaġġel ħafna, tant li fi żmien qasir laħaq eluf kbar ta’ nies li kienu qed jistennew iċ-ċans tagħhom biex jassiguraw posthom. L-interess qawwi ma ġiex b’sorpriża għal ħafna, hekk kif l-artist Amerikan huwa magħruf għall-enerġija tiegħu fuq il-palk u għall-katalgu ta’ suċċessi li jġib miegħu.



Il-fatt li aktar minn 16,000 persuna kienu diġà fil-kju qabel ma beda l-bejgħ uffiċjali juri biċ-ċar kemm dan l-avveniment qed jitqies bħala wieħed mill-aktar mistennija tas-sena. Jidher li l-biljetti mistennija jinbiegħu b’pass mgħaġġel ħafna.

Impressjonanti tassew.



Ritratti:

Facebook / Pitbull

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI