Ftit sigħat ilu bdew ir-rapporti rigward il-Facebook Messenger. Milli jidher hemm xi problemi tekniċi li l-kumpanija ta’ Facebook għadha trid tiċċara, li dawn ikkawżaw l-app teħel.
Bosta utenti irritati rrappurtaw minnufih din il-problema, u jidher li daħlu aktar minn 4,000 rapport. Is-sit Daily Mail qalu li DownDetector żvelaw li din il-problema bdiet propju għall-ħabta tat-15:08 GMT. Kien hemm min esperjenza dewmien biex jidħol fil-kont tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa wkoll. Oħrajn qalu li l-messaġġi ma bdewx jidħlu.
Din ġrat hawn Malta wkoll u kienu ħafna li spiċċaw jikkomunikaw fuq pjattaformi oħra bħal Instagram
Aqra aktar HAWN