Fuq is-sit Maltatoday ġie mħabbar li 91% tal-ħaddiema fit-tim mediku ħadu t-tilqima tal-vaċċina kontra l-Covid-19. Dan wara li aċċettaw l-invit biex jitlaqqmu bħala frontliners fil-kiomunità.
Madanakollu xorta waħda hemm numru ta’ ħaddiema li minħabba raġunijiet ta’ saħħa, għadhom ma ħadux it-tilqima. Apparti minn hekk hemm dak in-numru ta’ ħaddiema mit-tim mediku li għadhom ħa jikkonfermaw jekk hux ser jitlaqqmu bil-vaċċin. Dan kien mistenni peress li kif Fearne qal, il-gvern qed joffri ċ-ċans li l-frontliners jieħdu t-tilqima iżda din mhix obbligatorja.
Dawk li ma ħadux il-vaċċin xorta waħda huw sigur li jibqgħu għaddejjin b’xogħlhom hekk kif kollox jinsab ikkontrollat kif suppost ġewwa l-postijiet tax-xogħol tagħhom u l-protokolli mogħtija qed jinżammu b’mod effettiv.
Aqra aktar HAWN