Amy Ta’ Love Island Tibda Tiffolowja Fuq Instagram Lil Anna Paola U Lil Yasmine

Wara ġimgħat kemmxejn turbulenti fil-villa, jidher li barra l-villa kulħadd, jew il-maġġoranza, saru ħbieb. Dan qed jidher hekk kif il-maġġoranza għażlu li jżommu kuntatt flimkien permezz ta’ Instagram hekk kif bħal kif x’ġara f’bosta staġuni preċedenti, l-kontestanti bdew jiffolowjaw lil xulxin fuq Instagram.

Li huwa ovvju minn dak li rajna fil-villa, huwa li Amy ma kelliex relazzjoni tajba ma’ Anna Paola u Yasmine, li fil-villa kienu qrib ħafna ta’ xulxin. Qalet kemm il-darba, fil-konfront ta’ Yasmine speċjalment, li l-koppja tagħha mhix f’saħħitha biżejjed li tibqa’ fil-villa. Apparti minn dan kien hemm bosta konversazzjonijiet minn taħt u saħanasittra ġlieda żgħira fil-kamra tal-irtokk.

Kuntenti naraw li wara dak kollu, kulħadd għamel ħbieb!

Ritratti:

Instagram/kleopa1ra_/anna.pa0la

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI