“Dak Li Tassew Jibqa’ Huma N-Nies Li Ħabbejna, L-Mumenti Li Qsamna Flimkien U L-Mod Kif Għexna Ħajjitna” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ sabiħa dwar kemm hi qasira l-ħajja u kemm huma l-mumenti s-sbieħ li ser nibqgħu niftakru.

Hu qal, “Xi darba, bħall-erbgħa fost il-ġimgħa, ħajjitna se tieqaf. Se tieqaf qabel ma nkunu lestejna dak kollu li konna ppjanajna. Se jibqa' messaġġi u emails li ridna nwieġbu, postijiet li xtaqna nżuru u konversazzjonijiet li konna ċerti li kien għad fadlilna żmien biex nagħmluhom. Ħadd minna ma jaf liema jum se jkun.”

Żied jgħid, “Minkejja dan, ħafna drabi nqattgħu wisq ħin ninkwetaw li ngħidu xi ħaġa ħażina, li nieħdu deċiżjoni żbaljata, investiment li ma nlħaqnix nagħmlu jew li ma nilħqux l-aspettattivi ta' ħaddieħor. Meta nħarsu lura, ħafna minn dak li illum jidher tant importanti ma jkunx għadu jagħmel differenza jew sens. Dak li tassew jibqa' huma n-nies li ħabbejna, il-mumenti li qsamna flimkien u l-mod kif għexna ħajjitna.”

Ritratti:

Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI