Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan - St Sebastian Parish - Qormi awguraw mal-Kan. Aċipriet Dun Ewkarist Zammit li llum qed jiċċelebra 18-il sena saċerdozju.
Huma qalu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lill-Kan. Arċipriet Dun Ewkarist Zammit li llum jiċċelebra t-18-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.”
Komplew billi żiedu jgħidu wkoll, “Filwaqt li nifirħu miegħu għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu. Nitolbu wkoll biex mill-Parroċċa tagħna jkomplu jitwieldu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu mill-qalb!