“Sentejn Mill-Festin Tagħna” – Lara Azzopardi B’Messaġġ Mimli Gratitudni Lil Żewġha Fl-Anniversarju

L-attriċi u preżentatriċi Maltija Lara Azzopardi ċċelebrat l-anniversarju tagħha ma’ żewġha Neil Darmanin, hekk kif qasmet dan fuq il-midja soċjali billi kitbet messaġġ sabiħ u mimli sentiment.

Il-koppja, li ilhom flimkien għal sentejn “mill-festin tagħhom”, komplew juru l-imħabba u r-rispett reċiproku li bnew matul iż-żmien tagħhom flimkien. F’dak li kitbet, Lara esprimiet b’mod sempliċi iżda profond dak li tħoss lejn żewġha. "Inħaddnek, Ngħożżok, Napprezzak, Nammirak, Nappoġġjak, Nirrispettak u Nadurak" qaltlu martu f'dan il-jum tant speċjali.

Il-messaġġ tagħha, mimli affezzjoni u gratitudni, jirrifletti rabta li tidher mibnija fuq għożża u appoġġ kontinwu. Il-koppja dehru li qed jiċċelebraw dan l-istadju b’sens ta’ ferħ u għaqda, waqt li jibqgħu jħarsu ’l quddiem lejn aktar snin flimkien, tant li Azzopardi temmet dan il-messaġġ billi qaltlu "INĦOBBOK".

Kollox ma' kollox dan il-messaġġ mhux biss juri mħabba romantika, imma wkoll gratitudni lejn żewġha talli qiegħed hemm f’kull mument, fil-ferħ u fid-diffikultajiet.

It-Tim ta' Gwida jawguralhom l-isbaħ xewqat f'dan il-jum.

Ritratti:

Facebook/Lara Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI