“B’Qalbna Maqsuma Nħabbru L-Mewt Tal-Għażiż Kollega U Ħabib Tagħna, Baja” – Café Del Mar Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Café del Mar Malta sellmu l-memorja ta’ kollega u ħabib tagħhom, Baja, li ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, "B'qalbna maqsuma nħabbru l-mewt tal-għażiż kolleha u ħabib tagħna, Baja. Illum jagħlaq għaxar snin minn meta Baja sar parti mill-familja tagħna. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, hu kien ferm aktar minn sempliċiment membru stmat tat-tim tagħna. Kien ġentlom veru, wiċċ familjari għal ħafna, kollega ta’ fiduċja u ħabib għażiż li bil-qalb tajba, l-ħlewwa u l-karattru tiegħu ħalla marka fuq kull min kellu x-xortili jsir jafu, kemm il-kollegi tiegħu kif ukoll il-ħafna mistednin u klijenti li laqa’ matul is-snin."

Żiedu, "In-nuqqas tiegħu se jinħass ħafna, u se jħalli warajh vojt li qatt ma jista’ jimtela tassew. Nwasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja ta’ Baja, lill-għeżież tiegħu u lil dawk kollha li qed iġorru n-niket tat-telfa tiegħu. Nitolbu li l-privatezza tagħhom tiġi rispettata f’dan iż-żmien diffiċli waqt li qed jgħaddu minn dan il-mument ta’ luttu.Strieħ fis-sliem, Baja. It-tifkira tiegħek tibqa’ magħna għal dejjem."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI