“Nitolbu L-Koperazzjoni Tagħkom Sabiex Ma Jsirx Parkeġġ F’din Iż-Żona Matul Il-Perjodu Tax-Xogħlijiet” – Iz-Zurrieq Local Council

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Iz-Zurrieq Local Council qasmu avviż importanti hekk kif xi toroq se jsir fihom xi xogħlijiet.

Huma qalu, “Avviż Importanti – Xogħlijiet fi Triq il-Barrieri. Il-Kunsill Lokali Iż-Żurrieq jixtieq javża lir-residenti li minn għada, il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, ser jibdew xogħlijiet ta’ tqaxxir u tqegħid ta’ wiċċ ġdid tat-triq fi Triq il-Barrieri, fil-medda bejn Trejqet il-Barrieri u Triq il-Mitħna tal-Qaret.”

Żiedu, “Ix-xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla. Għaldaqstant, nitolbu l-koperazzjoni tagħkom sabiex ma jsirx parkeġġ f’din iż-żona matul il-perjodu tax-xogħlijiet, biex dawn ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr dewmien. Niskużaw ruħna għal kwalunkwe inkonvenjent u nitolbu l-koperazzjoni tagħkom.”

Ritratti:

Iz-Zurrieq Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI