Anthea Gatt Tniedi ‘When It Rains’ – It-Tieni Single Mill-EP Ġdid Tagħha

Anthea Gatt tkompli tkabbar ir-repertorju tagħha b'kanzunetta oħra oriġinali. Wara s-singles preċedenti tagħha, illum qed tippreżenta 'When It Rains', it-tieni single uffiċjali mill-EP mistenni tagħha.

Miktuba minn Anthea Gatt u Peter Borg, 'When It Rains' hija kanzunetta pop-soul intima li tesplora l-inċertezza u t-talba vulnerabbli għall-appoġġ f'mumenti diffiċli. L-Istrumentazzjoni u l-vuċi jilħqu l-quċċata tagħhom f’key change li tbiddel id-direzzjoni tal-kanzunetta kollha fl-aktar mument vulnerabbli tagħha.

Il-produzzjoni tal-kanzunetta saret minn Peter Borg f’Railway Studios, bil-mastering  f'idejn Simon Francis, u b'armoniji vokali ta' appoġġ minn Maria Cachia Abdilla, Ryan Hili u Wayne Spiteri. Il-kanzunetta tinsab disponibbli fuq il-pjattaformi kollha tal-istreaming bħal Spotify u Apple Music.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI