Antoine Magħruf Bħala Olivia Lilith Jiżżewweġ Lill-Għażiż Tiegħu Kevin Il-Ġimgħa Li Għaddiet!

Antoine Cauchi, magħruf ukoll bl-isem drag tiegħu bħala Olivia Lilith, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għamel pass importanti ħafna f’ħajtu meta qal “iva” lill-maħbub tiegħu Kevin.

Il-mument speċjali seħħ f’atmosfera intima u mimlija mħabba ġo Popeye’s Village. Ċerimonja li ċertament se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem. Antoine qasam dan il-ferħ mal-pubbliku permezz ta’ ritratt sabiħ flimkien ma’ Kevin, fejn it-tnejn dehru radjanti u emozzjonati, filwaqt li esprima kemm hu grat li ċċelebraw flimkien u ilhom ġimgħa jgawdu l-ħajja miżżewġa. Imħabba li jaqsmu flimkien.

F’isem it-tim ta’ gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat fil-vjaġġ tagħhom bħala koppja. Nittamaw li jkollhom ħajja mimlija mħabba, għożża u avventuri mill-isbaħ flimkien. Awguri Antoine u Kevin!





Facebook / Kevin Mifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI