Appell Biex Jinstab Bob – Kelb Nieqes Mis-Smigħ

Il-paġna tal-Assoċjazzjoni Għall-Annimali Abbandunati kitbet appell biex jinstab Bob, kelb English Pointer abjad li għandu tlettax -il sena.

Huma kitbu, “Bob, English Pointer abjad, bi ftit kannella ċar fuq widnejh, intilef f’L/O Għajn Tuffieħa. Hu għandu tlettax -il sena u riċentament beda jitlef xi ftit mis-smigħ tiegħu. Jekk jogħġobkom, jekk tarawh jew qiegħed għandkom ċemplu lill-ġenituri bnedmin tiegħu fuq 99943778 jew 79452830. Hu ċċippjat. Jekk joġħġobkom xerrdu l-kelma għax-xwejjaħ Bob.”

Huma ppubblikaw ukoll tliet ritratti ta’ Bob. Verament jidher mans u gustuż, u l-ħarsa t’għajnejh tfisser ħafna.

Ejjew ningħaqdu flimkien biex insibu lil Bob ħalli jingħaqad mal-familja tiegħu li żgur qed tħoss in-nuqqas tiegħu ferm.





Facebook / Association for Abandoned Animals (AAA)



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI