Appell Mill-Qalb Wara Li Tqaxxar Xagħarha

Rachel Thake ilbieraħ fuq il-grupp The Beauty Game tefgħet ritratt b’xagħarha mqaxxar. Hi tgħid li dejjem xtaqet li tagħmel dan il-ġest imma għalkemm dejjem forsi żammet lura milli tagħmel dan. In-nanna ta’ Rachel sfortunatament tilfet il-battalja tagħha kontra l-marda qerrieda tal-kanċer u sabiex tfakkar il-memorja tagħha, it-tfajla fl-aħħar iddeċidiet li tagħmel dan il-ġest.

Barraminnhekk tkompli tħeġġeġ lil dawk in-nisa u t-tfajliet li sfortunatament ikollhom jgħaddu minn dan kollu, li huma xorta sbieħ – bix-xagħar u mingħajru. Ix-xewqa tagħha kienet li tagħti x-xagħar bħala donazzjoni imma ma setghetx tagħmel dan. Hi però ddeċidiet li tagħti donazzjoni lil Hospice Malta u minn hemm tħeġġeġ lil kulħadd jagħmel l-istess.

It-tfajla għaddiet in-numru tagħha sabiex dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jgħaddu l-flus permezz ta’ Revolut jew inkella permezz ta’ BOV movile. Hi offriet li tgħaddi d-donazzjonijiet f’isem dawk kollha li jiddeċiedu li jgħaddu xi ammont ta’ flus lilha. Att nobbli ferm u tislima xierqa biex tfakkar il-memorja ta’ nanntiha li żgur li qiegħda titbissem b’dan il-ġest.

Facebook / Rachel Thake 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI