Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Deo Debattista llum qed jiċċelebra għeluq sninu, u f'din l-okkażjoni għażel li jwassal messaġġ qasir iżda sinċier ta' ringrazzjament lil dawk kollha li jappoġġjawh. F'post li qasam fuq il-midja soċjali, Debattista kiteb, "Illum nagħlaq sena oħra. Grazzi tal-appoġġ u l-fiduċja tagħkom. Grazzi minn qalbi."
Il-messaġġ tiegħu ntlaqa' b'ħafna awguri mingħand persuni li segwewh fuq il-midja soċjali, b'ħbieb, sostenituri u kollegi jwasslulu l-isbaħ xewqat f'din il-ġurnata speċjali. Minn naħa tagħna, nawguraw lil Deo Debattista għeluq snin hieni, mimli saħħa, hena u suċċess fis-snin li ġejjin.
Facebook / Deo DeBattista