Iħalli Din Id-Dinja Pawlu Ż-Żaqqoċċ – Il-Wiċċ Ta’ Waħda Mill-Iżjed Memes Popolari Fost Il-Maltin!

Dalgħodu ħarġet l-aħbar li sfortunatament ħalla din id-dinja Pawlu ż-Żaqqoċċ. Mir-raħal ta' Birżebbuġa, iż-Żaqqoċċ matul dawn l-aħħar snin kien sar il-wiċċ ta' waħda mill-iżjed memes popolari fost il-Maltin. Fil-fatt, fuq il-pjattaforma ta' YouTube, din il-meme ġiet segwita minn madwar 260,000 ruħ.

Meta kważi għoxrin sena wara li ħadet il-ħajja din il-meme, hu kien ġie intervistat mill-istazzjon tar-radju 89.7 Bay, Pawlu ż-Żaqqoċċ kien spjega kif hu ma kienx konxju li fl-filmat ittella' online u stqarr li fil-bidu kien ħadha ftit bi kbira.

Madankollu, hu semma wkoll li meta beda jgħaddi ż-żmien intebaħ li ma kien hemm xejn ħażin f'dan il-filmat u għalhekk għaraf jilqa' l-popolarità li din il-meme tatu bi tbissima.

"Ħafna żgħażagħ meta jarawni jistaqsuni għal ritratt," kien irrimarka ż-Żaqqoċċ fl-intervista.

Strieħ fis-sliem, Żaqqoċċ!

Ritratti:

YouTube / Matthew Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI