Dawk li jsegwu lil Sarah Zerafa, jafu li l-persuna ta’ wara kull ritratt jew filmat li tixħet onlajn mhi ħadd ħlief ommha. Omm Sarah Zerafa, bl-akbar paċenzja u ċertament b’imħabba speċjali ta’ tieħu ritratti ta’ bintha. Din mhux ħaġa riċenti, infatti fl-istejjer ta’ instagram xeħet l-ewwel ritratt li kienet ħadtilha.
Sarah ovvjament hi l-moħħ wara kull ritratt, imma daqqa t’id dejjem tiġi bżonnha u ommha tkun hemm lest għaliha. Ngħiduha kif inhi, ħafna ommijiet jagħmlu sagrifiċċji kbar għat-tfal tagħhom u għalkemm forsi dan mhux xi sagrifiċċju kbir, żgur li jirrekjedi ħafna ħin. Infatti anke wara r-rebħ tagħha fil-Malta Fashion Week, fid-diskors iddedikat it-trofew lil ommha.

Sarah tgħid li ommha hi naturali biex tieħu r-ritratti u ngħiduha kif inhi... ir-ritratti li tieħu huma xhieda ta’ dan! Mhux ta’ b’xejn tgħidilha li hi l-aqwa fotografu tad-dinja! Kultant sabiħ li nuru apprezzament lin-nies viċin tagħna u nirringazzjawhom għal dak kollu li jagħmlu magħna.
Instagram / Sarah Zerafa