Eżatt bħal-lum ħmistax Luke Dalli ser ikun qed jirritorna għall-programm maħbub minn ħafna u li ħalla impatt pożittiv fl-aħħar sentejn. Fil-fatt Luke reġa’ fakkar li mit-3 t’Ottubru li ġej, Awla ser ikun qed jirritorna fuq it-televiżjoni tagħkom!
AWLA fl-aħħar sentejn kien wieħed mill-programmi ewlenin ta’ diskussjoni li tkellem fuq diversi suġġetti li l-poplu jiddiskuti ta’ kuljum. Nistennew skeda mimlija mistiedna, numru ta’ esperti li jaqsmu l-għarfien tagħhom dwar xi suġġetti diversi.
Luke ftit ilu kiteb fuq Facebook, “Awla lura fuq ONE Minn nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru, wara l-aħbarijiet Kunu magħna” Qasam anke ritratt tiegħu bħala l-preżentatur ta’ dan il-programm maħbub.
Nawguraw minn qalbna lil Luke u lit-tim kollu għall-iskeda li ġejja!