Is-sigaretti wżati, huma wieħed mill-aktar forom komuni ta’ skart ta’ kuljum. Bejn wieħed u ieħor in-numru ta’ sigaretti wżati li jiġu mormija fis-sena madwar id-dinja jammonta għall-4.5 triljun! Jekk taħdem ftit il-matematika kull sekonda jiġu mormija madwar 142,700 sigarett użat!
Dan il-grupp ta’ kollegi li jaħdmu ġewwa klinika tas-sbuħija, għamlu ronda maż-żona magħrufa bħala Exiles ġewwa Tas-Sliema, u f’siegħa u nofs irnexxielhom jiġbru dan kollhu!
Minn żmien għal żmien huma diversi l-għaqdiet, gruppi u individwi li jorganizzaw dawn il-clean-ups madwar Malta u Għawdex. Proset lil dawk kollha li qed jieħdu l-inizzjattiva biex jagħmlu dan.
Facebook / @clinicajoia