Ara Kemm Ser Tkun Qed Tħallas Biex Taqsam Bejn Malta U Għawdex

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-Ministru Clint Camilleri ħabbar xi tibdil li sar fil-prezzijiet tal-biljetti li wieħed jixtri biex jaqsam bejn Malta u Għawdex, u lura. 

“Sal-aħħar ta’ Lulju, mit-Tnejn sal-Ħamis sabiex ninċentivaw it-turiżmu ntern anke fost il-ġimgħa, il-prezzijiet għal dawk li jaqsmu lejn Għawdex ser jorħsu kważi bin-nofs: Bejn is-14:15 u nofsillejl il-prezz ta’ passiġġier se jkun €2.50 minflok €4.65 u l-prezz ta’ vettura se jkun €8.50 minflok €15.70.”

Dan hu pjan li bih hemm ċans li jissaħħaħ aktar it-turiżmu fil-gżejjer tagħna. Bosta awguraw lill-Ministru Camilleri għal dan l-inċentiv. Kien hemm anke xi suġġerimenti li saru. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI