Il-Forzi Armati ta’ Malta ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw ġurnata ta’ għoti tad-demm. B’dan il-ġest nobbli huma xtaqu jħajjru iżjed persuni jagħmlu bħalhom, biex inkompli ngħinu lil ħaddieħor.
Spjegaw, “L-għoti tad-demm huwa wiehed mill-isbaħ atti ta’ ġenerosita`. Wara li temmew b'suċċess ir-Reklutaġġ, il-Gunners il-ġodda tagħna reġgħu wrew l-impenn tagħhom lejn is-servizz lill-komunità billi organiżżaw inizjattiva ta' għoti tad-demm. Bil-vann tal-għoti tad-demm tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm preżenti fil-Barracks ta' Ħal Luqa, bosta mill-Gunners il-ġodda taw id-demm, u b'hekk reġgħu kkonfermaw id-dedikazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta biex jgħinu lill-oħrajn kemm bl-uniformi kif ukoll barra minnha.”
Qalu wkoll, “L-għoti tad-demm huwa wieħed mill-isbaħ rigali li tista' tagħti. Jekk inti eliġibbli, inħeġġuk issir donatur tad-demm. Il-ġest tiegħek jista' jagħmel differenza kbira u saħansitra jsalva ħajja.”
Nirringrazzjawhom tal-inizjattiva u nappellaw biex kull min jista’, imur jagħti d-demm.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)