“Għaddiet Sena Minn Mindu Ħallejtna Għażiża Naomi” – L-Iskola St Joseph Blata L-Bajda B’Kelmtejn Profondi

Bħal-lum sena, it-telfa tal-għalliema u omm Naomi Bartolo, ħalliet vojt kbir fl-iskola St Joseph Blata l-Bajda, u xxukkjat lill-istudenti kollha li kienu japprezzawha tant. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-iskola St Joseph Blata ddedikat kelmtejn lil Naomi biex jesprimu kemm qed iħossu n-nuqqas tagħha.

Fuq il-paġna kitbu, “Għaddiet sena minn mindu ħallejtna għażiża Naomi. Għalkemm m’għadekx magħna, il-qalb tajba tiegħek u d-daħk li qsamt magħna għadhom tant ħajjin. Id-dedikazzjoni kbira li kellek għall-istudenti tiegħek hi legat li ż-żmien qatt ma jista’ jħassar.”

Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħha. Il-memorja tagħha tibqa’ f’qalbna għal dejjem u dak kollu li għallmet lill-istudenti tagħha bla dubju se jibqa’ magħhom tul ħajjithom kollha.

Ritratti:

Facebook / St Joseph School Blata l-Bajda – Secondary School u Naomi Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI