Il-grupp lokali The Travellers se nkunu qed narawhom f’xena kemxejn differenti minn dik li mdorrijin narawh fiha ssoltu. Dan għax din id-darba ddeċidew li jmorru lil hinn mill-mużika!
View this post on Instagram
Ilbieraħ Charles and Ron ħarġu l-kollezzjoni tal-irġiel għall-bejgħ u The Travellers se jkunu l-wiċċ il-ġdid ta’ din id-ditta ferm popolari! Din il-kollezzjoni tidher waħda sajfija u kkulurita, li tolqot l-għajn żgur. Iżda tolqot l-għajn iktar, meta l-ambaxxatur tagħha jkun grupp lokali, li hu tant maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin!
View this post on Instagram
Apparti minn hekk, The Travellers se jkunu qed iniedu l-kanzunetta għal dan is-sajf ‘Iljuni fis-Silġ.’ Din il-kanzunetta se nkunu nistgħu nisimgħuha u naraw il-vidjow il-ġdid tagħha nhar it-Tnejn li ġej fil-ħamsa ta’ filgħaxija!
@ The Travellers