Waħda mill-koppji li kienu mistiedna waqt Serataron ilbieraħ kienu Daniel u Ylenia, fejn dan l-aħħar kienu fuq fomm is-segwaċi tagħhom wara li żvelaw li qegħdin joħorġu flimkien.
Ilbieraħ Ylenia qalet li l-kaġun wara l-ewwel ġlieda tagħhom kienet minħabba Ron, meta kien stieden lil Ylenia fuq il-programm u stieden ukoll lil Daniel bil-moħbi tagħha.
Daniel offra li jwassal lil Ylenia għall-programm imma hi ma kellhiex idea li hu kien ser jibqa’ hemm u meta saqsietu għall-għajnuna kif waslu fuq il-post hu rrifjuta li jgħinnha.
Mingħajr ma jaf b’xejn, Ron kellu t-tort għall-ewwel ġlieda ta’ din il-koppja.