Ara Riklam Ta' Birra Lokali Ta' Madwar 40 Sena Ilu

Jekk qatt kellek kurżità kif kienu r-riklami fis-snin sittin jew sebgħin, hawn għandkom tomgħa tajba ta’ waħda mill-kumpaniji ewlenin f’pajjiżna. Il-birra CISK ġiet imnedija fl-1929, infatti din is-sena qed tiċċelebra d-disgħin sena minn mindu twaqfet.

Il-kumpanija kienet pijoniera fl-industrija lokali tax-xorb li kienet magħfusa mmens fuq il-produzzjoni tal-inbid! Illum il-ġurnata din il-birra hija parti mill-istorja tagħna u parti mill-kultura tagħna. Ħafna barranin ikunu qed jistennew biex iduqu din il-birra.

Ritratt: Facebook / Cisk

Il-filmat li tistgħu taraw billi tagħfsu hawn, joħodna lura fiż-żmien. Lura sew ingħid! Madwar ħamsin sena ilu! Riklam maħsub li jħajrek tixtri din il-birra. Ngħiduha kif inhi... xi trid aktar fis-sajf minn bott birra kiesaħ ħdejn il-baħar!

L-iktar ħaġa li tinżillek għasel, f’dik is-sħana u t-tidlik... xarba friska u tħossok daqs li kieku rbaħt il-lotterija. L-istess kunċett japplika kemm fl-2019 u anke ħamsin sena ilu! Anzi llum għandek aktar għażla u xelta minn fejn tagħżel!

Facebook / Cisk

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI