Ta’ 15-il sena Tsedel, tfajla Afrikana li kellha taħrab minn pajjiżha flimkien ma’ missierha, irrakkontat ma’ radju Amerikan dak kollu li għaddiet minnha. Is-sit Lovin Malta ippubblika din l-esperjenza kerha li ġarrbet it-tfajla skont kif irrakkuntat lil radju Amerikan.
Kull ma tiftakar f’din il-ħarba hi skjavitu, stupru kontinwu u l-mument meta ġarrbet il-mewt ta’ missierha fuq id-dgħajsa li kienu fiha. Tsedel tisħaq li rat ma’ wiċċha diversi persuni bla qalb u bla rispett li għamlu biha li riedu.
View this post on Instagram
Ritratt: matthewspiteriphotography
Tsedel tgħid li wara tlett snin martirju, bis-saħħa ta’ tabib Libjan b’qalb tad-deheb, flimkien ma’ diversi tfajliet tampara li kienu maħruba mill-Afrika, irnexxielhom isibiu ruħhom ġewwa Tripli. Hemm sabet xogħol iżda sfortunatament malli faqqgħet il-pandemija tilfitu wkoll.
Wara dan Tsedel sfat anke maħtufa minn grupp ta’ persuni li jitraffikaw lill-bnedmin. Tirrakkonta li kienu jagħmlu li jridu biha, u rat ma’ wiċċha skjavitu bl-addoċċ.
Ara aktar HAWN
Instagram/ r.ii.th