Ara X’Tellef Lil Ivan Tal-Winter Moods Waqt Ġbid ta’ Vidjow Mużikali

Ivan Grech, il-kantant mill-band ikonika Maltija Winter Moods, għadu kif ħareġ il-kanzunetta Somebody Like You flimkien ma’ vidjo mużikali, l-ewwel tiegħu bħala solista.

Ivan jidher li waqt li qed jipprova jiffilmja dan il-filmat, sab diversi ostakli strambi, fostom supereroj, tiġieġa, suldat ruman, kitarristi tfal u mara tbiegħ il-ħaxix! Biex taraw x’aktar prova jtellef lil Ivan, araw il-filmat!

Fit-23 ta’ Lulju, Ivan ser ikun qiegħed jagħti kunċert ġewwa l-Belt Valletta b’risq Puttinu Cares. Ivan mistenni jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ emozzjonali b’mużika mill-passat u mill-preżent li tinkludi mużika mill-Winter Moods ukoll.

Winter Moods ġiet iffurmata fl-1985, tul il-karriera tagħhom ħarġu 5 albums u kisru rekords t’attendenza għal kunċert ta’ band f’Malta.

Facebook / @ivanwintermoods

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI