Asjatiku Li Jgħix Malta Mfaħħar Wara Li Uża L-Lingwa Maltija F’Reklam

Asjatiku li jgħix f'pajjiżna ġie mfaħħar minn bosta fuq il-midja soċjali għall-isforz li għamel sabiex juża l-lingwa Maltija f'reklam tat-tiżjin tal-Milied.

Fil-kummenti, xi Maltin spjegaw lil dan ir-raġel kemm japprezza l-poplu Malti meta xi ħadd li twieled u trabba barra minn xtutna u ġie jgħix f'pajjiżna jagħmel l-għalmu tiegħu sabiex juża l-Malti f'kull okkażjoni possibbli.

Oħrajn li jafu lil dan ir-raġel personalment semmew kif anke fir-rutina tiegħu ta' kuljum, dan ir-raġel dejjem jara li jagħti prijorità lil-lingwa nattiva tal-gżejjer Maltin.

Lil hinn mill-għanjiet kummerċjali, żgur li permezz ta' dan ir-reklam, dan ir-raġel attira l-ammirazzjoni ta' bosta.

Ritratt:

TikTok / Xing Long Market

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI