Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur lokali Roderick Azzopardi Custo, li permezz tal-ħidma tiegħu jagħti prominenza kbira lill-mużika u lit-talent lokali.
Roderick huwa wieħed minn dawk il-preżentaturi li jagħtu spazju lill-artisti Maltin u Għawdxin sabiex ix-xogħol tagħhom jasal għand udjenza usa’. Il-kontribut tiegħu huwa wieħed siewi, speċjalment meta wieħed iqis kemm huwa importanti li l-artisti lokali jsibu min jemmen fihom u jippromwovi l-mużika tagħhom.
F’okkażjoni bħal din, ma nistgħux ma nurux l-apprezzament tagħna lejn dawk li, bħal Roderick, jagħtu sehemhom sabiex ix-xena mużikali lokali tkompli tikber u tissaħħaħ.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Roderick l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali tiegħu. Nawgurawlu sena oħra mimlija saħħa, hena, suċċessi u, ovvjament, ħafna aktar mużika!
Awguri mill-qalb, Roderick!
Facebook / Roderick Azzopardi Custo