Filmat Li Qed Jinxtered Onlajn Juri Ġlieda Li Qamet Fil-Ġenn Ta’ Black Friday F’Ħal Qormi

Filmat li nxtered fuq il-midja soċjali fil-ħin riċenti juri dik li tidher li hi ġlieda bejn iktar minn żewġ persuni f'ħanut ġewwa Ħal Qormi.

Il-filmat jidher li ttieħed ftit sigħat ilu, hekk kif illum bosta qed jerħulha lejn ħwienet u stabbilimenti differenti sabiex jibbenefikaw mill-iskontijiet u l-prezzijiet ridotti li l-ġurnata ta' Black Friday tant hi magħrufa għalihom.

Mijiet li rreaġixxew għal dan il-filmat esprimew id-diżappunt tagħhom quddiem xeni bħal dawn.

Ritratt:

Instagram / @polisenskydaniel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI