Il-paġna Il-Mixja sar-Rebħa ppubblikat dwar is-suċċess li kisbu atleti Maltin tal-Karate ġewwa l-Ingilterra. Huma pparteċipaw fit-18-il Tournament ta’ Children’s Chojinkai Karate
L-atleti ġejjin minn La Salle Karate Club u Birkirkara Karate Club, u jiffurmaw parti mill-Malta Karate Club Federation. Huma rebħu diversi midalji fil-kompetizzjoni li saret f’Penrith fi tmiem il-ġimgħa.
Kisbu ħames midalji tad-deheb, erba’ midalji tal-fidda u ħames midalji tal-bronż. Tassew kburin bil-kontinġent Malti li kiseb dan is-suċċess impressjonanti, fost 420 atleta minn pajjiżi differenti.
L-iżgħar atleta li rebħet midalja tad-deheb kienet Alice Carabott, li kkompetiet f’isem La Salle Karate Club fl-Under-7 Individual Kata.
Dawn huma l-kisbiet tal-atleti Maltin:
LA SALLE KARATE CLUB
Kata Doubles
Thomas Micallef u Kendra Hili – deheb fil-kategorija U12
Ethan Farrugia u Kayden Barbara – bronż fil-kategorijaU12
Connor Portelli u Liam Grech – fidda fil-kategorija U10
Kata Individual
Thomas Micallef – deheb fil-kategorija U12
Kendra Hili – fidda fil-kategorija U12
Liam Grech – deheb fil-kategorija U10
Alice Carabott – deheb fil-kategorija U7
Team Kumite
Thomas Micallef u Ethan Farrugia – bronż fil-kategorija U12
Individual Kumite
Kendra Hili – fidda fil-kategorija U12
Connor Portelli – bronż fil-kategorija U10
BIRKIRKARA KARATE CLUB
Kata Individual
Lara Mifsud – deheb fil-kategorija U12
Carlo Micallef – bronż fil-kategorija U10
Kata Doubles
Lara Mifsud u Carlo Micallef – fidda fil-kategorija U12
Team Kata Nicolai Schembri, Dale Scicluna u Noah Camenzuli – bronż fil-kategorija U14