Il-preżentatur popolari fuq l-istazzjon ONE, Etienne Schembri ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu minħabba li fiż-Żejtun, fejn toqgħod ommu hemm raġel idur taparsi qed ibigħ il-biljetti u omm Etienne sfat misruqa f’darha stess.
Hu kiteb, “ATTENTI: Raġel qed idur fiż-Żejtun iħabbat il-bibien jgħid li qed ibigħ biljetti għat-tfal foqra. Biljett tal-pedina jiswa €5. Ommi tagħtu l-unika karta ta’ €50 li kellha (għax dik kellha flus) u flok newwlilha l-bqija telaq biha.Issa flok għenet lit-tfal foqra spiċċat b’xejn hi!”
Hu jagħmel dan l-appell sabiex ma jaqgħux fin-nassa anzjani oħra!