ATTENTI: Il-Pulizija Ta' Malta Jwissu Dwar Messaġġ Qarrieqi Fuq WhatsApp!

Fuq il-paġna tagħhom, il-Pulizija ta’ Malta ħarġu twissija. Huma qalu, “Aħna għadna qed nirċievu bosta rapporti fir-rigward ta’ attentati mmirati lejn l-utenti ta’ WhatsApp bil-ħsieb li jqarrquhom biex jipprovdu l-kodiċi tas-sigurtà tal-kont tagħhom.”

Huma jżidu, “L-utenti m’għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jiżvelaw il-kodiċi tas-sigurtà ta’ 6 ċifri tal-kont tagħhom, anke jekk il-messaġġ jidher li joriġina minn kuntatt magħruf. Meta utent jipprovdi s-sigurtà ta’ 6 ċifri tiegħu, ikun qed jippermetti lill-parti l-oħra tieħu l-kont tagħhom.”

Ħudu ħsieb u xerrdu dal-messaġġ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI