Minkejja li tul din il-ġimgħa mistennija temperaturi meqjusa sħan għal dan iż-żmien tas-sena, il-paġna lokali għaddiet twissija dwar dak li għandu jseħħ bejn il-lejl tal-Ġimgħa għas-Sibt.
Fuq il-paġna popolari tagħhom huma kitbu, “Avviż – Twissija ta’ riħ qawwi. Nhar il-Ġimgħa bejn 21:30 sas-Sibt 02:00 riħ qawwi forza 7 mix-Xlokk li jdur Ilbiċ.”
Huma ħarġu din l-aħbar biex dak li jkun jieħu ħsieb u jkun preparat, anke minħabba li riħ għandu jaħkem billejl u forsi kapaċi jippreżenta aktar u aktar sfidi. Infatti anke qasmu ritratt biex jindukaw bl-iktar mod ċar minn fejn se jaħkem ir-riħ fuq il-gżejjer Maltin.
Ħudu nota u aqsmu l-aħbar ma’ minn temmnu li jiġi bżonn. Ħudu ħsieb dejjem!