Illum huwa għeluq snin Joe Farrugia, magħruf l-aktar bħala d-Dulli! Għal snin twal, id-Dulli flimkien mal-mara tiegħu Veronica, kienu jkunu preżenti fuq l-istazzjonijiet tagħna bi programmi diversi u umoristiċi.
Iżda, d-Dulli għandu esperjenza fit-tul fuq il-palk hekk kif kompla l-karriera tiegħu bħala attur l-Istitut Kattoliku. Fost il-programmi li kien fihom insibu Villa Sunset, BBQ, Burdati u Iċ-Ċaqqufa.
Natius Farrugia kiteb messaġġ t’awguri lil Joe flimkien ma’ ritratt tagħhom filmkien. “Awguri Dulli!” hu kiteb. “Grazzi ta’ kemm ferraħt nies!”
Id-Dulli twieled iż-Żurrieq fl-20 ta’ April tal-1953 u b’hekk illum hu għalaq 72 sena.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Joe f’dan il-jum speċjali.
Facebook/Natius Farrugia/Joe Farrugia