“Awguri F’Għeluq Sninek, Simon” – Rachel Vella Lil Ħuha L-Kbir

Il-preżentatriċi Rachel Vella awgurat mill-qalb lil ħuha l-kbir Simon f’għeluq sninu permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha.

Hi kitbitlu, “Awguri f’għeluq sninek, Simon. Wow, 25 sena bħala adult u 22 sena ta’ esperjenza, impressjonanti! Issa kważi rajt kollox u għamilt kollox imma xorta waħda jirnexxielek tissorprendina kull darba! Nixtieq nieħu mument biex ngħidlek kemm napprezza li għandi lilek bħala ħija l-kbir. Allura dan għalik fil-ġurnata speċjali tiegħek.”

Hi kompliet tiftaħ qalbha, “Nixtieq li din is-sena ġġiblek iżjed suċċess, daħk, u mumenti li nistgħu niċċelebraw. U għallinqas xorta għandek ħafna iżjed esperjenza minni!”

X’kelmtejn sbieħ! Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri!





Facebook / Rachel Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI