Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kitarrist ta’ Queen, Brian May. Il-paġna Calypso Radio 101.8 iddedikawlu messaġġ t’awgurju fuq il-paġna tagħhom.
Kitbulu, “Awguri f’għeluq id-79 sena ta’ Brian May! Bħala l-kitarrist leġġendarju ta’ Queen, Brian għen biex jinħolqu xi ftit mill-aqwa diski tar-rock u mumenti li ma jintesew qatt. Nawgurawlu għeluq snin mill-aqwa u diversi iktar snin ta’ ispirazzjoni.”
Xi ftit mill-iktar kanzunetti li Queen huma magħrufin għalihom huma ‘We Will Rock You’, ‘The Show Must Go On’ u ‘I Want It All’. Minkejja li mhux il-membri kollha ta’ Queen għadhom magħna llum, Brian May flimkien ma’ Roger Taylor għadhom jagħtu xi ftit prestazzjonijiet żgħar flimkien biex iżommu ħaj il-legat ta’ din il-banda.
Facebook / Calypso Radio 101.8 u Brian May