“Inti Tista’ Tieħu D-Deċiżjoni Li Temmen Fik Innifsek U Tegħleb Il-Biża Li Twaqqfek Milli Timxi ‘L Quddiem” – Il-Kantant Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech spiss jikteb kelmtejn ta’ kuraġġ fuq il-paġna tiegħu biex jgħin lil kull min jaf ikun għaddej minn żminijiet diffiċli. Illum hu għażel li jikteb dwar l-imħabba li wieħed għandu jkollu lejh innifsu, u l-kuraġġ biex twettaq il-ħolm tiegħek.



Hu spjega, “Inti tista’ tieħu d-deċiżjoni li temmen fik innifsek u tegħleb il-biża li twaqqfek milli timxi ‘l quddiem. Agħmel id-deċiżjoni li tkun onest miegħek innifsek u tgħix il-ħajja li trid. Imxi wara l-ħolm tiegħek. X’jaħseb ħaddieħor fuqek m’għandux jagħmillek differenza. Irrispetta lilek innifsek u agħti permess lilek innifsek biex tagħmel dak li dejjem xtaqt tagħmel. It-triq qiegħda quddiemek.”

Kuraġġ lil kull min għandu ħolma u jixtieq iwettaqha!

Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI