Il-kantanta lokali Martina Fenech ħabbret sitt ġimgħat ilu li l-familja tagħha se tkun qed tikber għaliex qed jistennew tarbija f’Novembru. Illum hi żvelat l-aħbar sabiħa li ser ikollha tifel.
Fuq il-paġna tagħha kitbet, “Il-familja tagħna dejjem kienet l-ikbar barka tagħna. Ilbieraħ, sirna nafu li qlubna se jikbru iżjed! Se jkollna tifel.”
Żiedet tgħid, “Lill-prinċep żgħir tagħna, inti diġa maħbub ħafna, u ninsabu ħerqanin biex nilqgħuk f’din il-familja sabiħa tagħna li bnejna flimkien. Ħafna mħabba mingħand ommok, missierek u ħuk il-kbir Gabriel.”
Ninsabu tassew ferħanin għalihom u nawgurawlhom għal dan il-kapitlu ġdid! M’għandniex dubju li dan it-tifel ċkejken diġa jinsab tant u tant maħbub!
Facebook / Martina Fenech