Missier Bid-Down Syndrome Kien Jaħdem Fil-Qamħ Biex Iħallas L-Edukazzjoni T’Ibnu… Jikber U Jsir Dentist!

Minħabba li għandu l-kundizzjoni tad-down syndrome, meta sar missier ħafna kienu pronti ġġudikawh u qalulu li ma setax ikun missier ideali għal ibnu minħaba l-qagħda tiegħu.

Appuntu sabiex jurihom li dan ma kienx minnu, il-missier ħadem qatigħ u bata kemm felaħ sabiex jara li jkun jista’ jagħti l-aqwa edukazzjoni lil ibnu. Fil-fatt, għal bosta snin saħansitra ħadem f’mitħna tal-qamħ.

Illum il-ġurnata ibnu kiber, iggradwa u sar dentist, u l-missier jinsab kburi ferm għaliex wera lid-dinja kif wieħed m’għandux iħalli l-preġudizzju ta’ dawk ta’ madwaru jxekklu, jew agħar minn hekk iwaqqfu, milli jwettaq il-ħolm u x-xewqat tiegħu.







Ritratti:

Instagram / @therealfrankcaprio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI